Fi kliem il-Kap il-ġdid tal-PN, ir-rebħa tal-elezzjoni għat-tmexxija tal-partit tfisser kapitlu ġdid li jrebbaħ lil Malta.
Alex Borg qal dan fil-foyer tad-Dar Ċentrali tal-PN wara li tħabbar ir-riżultat, li eleġġih fit-tmexxija tal-PN.
“Se nimxi spalla ma’ spalla ma’ kulħadd – ma’ Adrian Delia, u ma’ kulħadd”, stqarr Alex Borg.
“Irridu naraw partit aktar b’saħħtu, Oppożizzjoni effettiva, u gvern alternattiv.”
Fil-kummenti lill media, Alex Borg sellem lil Bernard Grech u irringrazzja lil Adrian Delia – dan filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li vvutaw f’dan il-proċess.
Ma naqasx ukoll li jagħmel referenza għaż-żgħażagħ u l-importanza li se jkollhom fit-tmexxija tiegħu.
“Se tkun triq twila imma sabiħa għall-PN”, sostna Alex Borg fil-messaġġ tiegħu.
