L-appartament tal-midfielder internazzjonali Ukren Heorhiy Sudakov ġewwa Kyiv kien wieħed mill-mijiet ta’ appartamenti u djar li ġew milquta minn attakk militari bid-Drones mill-armata Russa. Huwa magħruf li waqt li seħħ dan l-attakk f’Kyiv, fl-appartament ta’ Sudakov kien hemm il-mara u t-tarbija tiegħu.
Heorhiy Sudakov huwa plejer rinomat li jilagħab ma’ Benfica fil-Premier Liga, b’self mill-ġġanti Ukreni Shakhtar Donetsk, wieħed mill-avversarji tal-Ħamrun fil-fażi tal-League Phase tal-UEFA Conference League.
Il-plejer ta’ 23 bħalissa jinsab mat-tim nazzjonali Ukren għall-partiti mill-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2026, pero huwa ppubblika ritratti u filmati fuq il-midja soċjali relatati mal-attakki u l-ħsara li saritlu.

Għadu m’huwiex ikkonfermat jekk il-familja Sudakov kienet affettwata minn dan l-attakk.
Skont il-forzi militari Ukreni, 805 drones u 13-il missila kienu indirizzati lejn Kyiv mill-armati Russi matul il-lejl.
Il-President Ukren Volodymyr Zelensky ikkonferma li kien hemm 4 imwiert u 44 persuna soffrew ġrieħi gravi.
//= $special ?>