Futbol Sport

Max Verstappen iżomm l-ewwel post miksub fil-kwalifikazzjoni u jirbaħ f’Monza

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Red Bull irritorna jirbaħ wara tmien tlielaq hekk kif daħal fl-ewwel post f’Monza b’total ta’ 1:13:24.325. Huwa kiseb 25 punt permezz ta’ din ir-rebħa, b’dawn il-punti jfissru li Verstappen jersaq iżjed viċin ta’ Lando Norris u jassigura iżjed it-tielet post fil-klassifika tas-sewwieqa.

Minkejja li McLaren ma rebħux għall-kuntrarju ta’ ħafna tlielaq oħra din is-sena, xorta kellhom prestazzjonijiet tajbin u komplew jitilgħu l-fuq fil-klassifiki tas-sewwieqa, kif ukoll tal-kostrutturi.

Lando Norris daħal fit-tieni post b’distakk ta’ 19.207-il sekonda minn Verstappen, segwit minn Oscar Piastri li kien madwar żewġ sekondi inqas veloċi minn sieħbu ta’ McLaren.

Is-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc falla milli jikseb post fil-podju fit-trakka favorita tat-tim tiegħu hekk kif daħal fir-raba’ post, segwit minn żewġ Ingliżi fil-ħames u sitt post rispettivament, b’dawn ikunu George Russell ta’ Mercedes u Lewis Hamilton tal-istess Ferrari.

Alex Albon ta’ Williams, Gabriel Bortoleto ta’ Kick Sauber, Andrea Kimi Antonelli ta’ Mercedes u Isack Hadjar ta’ RB kienu s-sewwieqa l-oħra li daħlu mal-ewwel għaxra.

Il-veteran Fernando Alonso ta’ Aston Martin u Nico Hulkenberg ta’ Kick Sauber sfortunatament ma kienux kapaċi jlestu t-tellieqa.