Qorti

Jinżamm arrestat wara li seraq 7 muturi

Ibrahim Barkallil, Libjan ta’ 33 sena, Inżamm arrestat wara li seraq 7 muturi minn diversi lokalitajiet. Dan wara li l-pulizija wettqet investigazzjonijiet u sorveljanza bla waqfien b’rabta ma’ ċirku kriminali li jinvolvi serq ta’ muturi minn diversi lokalitajiet.

Is-sorveljanza kienet ikkonċentrata f’diversi lokalitajiet lejn in-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Tant li l-Ħamis waranofsinhar l-allegat suspettat kien osservat mill-pulizija, isuq mutur fix-Xemxija. Irriżulta li l-Libjan kien qed isuq mutur misruq. Huwa twaqqaf mill-pulizija u ġie arrestat minnufih.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-arrestat, allegatament kien involut f’serq ta’ mill-inqas 6 muturi minn San Ġiljan, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar. Huwa qiegħed jiġi investigat ukoll b’rabta ma’ serqa minn vettura, serq ta’ apparat elettroniku minn uffiċju fin-Naxxar u anke ħsara fuq vettura tal-pulizija.


Fil-qorti, quddem il-Maġistrat Astrid May Grima, il-Libjan wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u baqa’ miżmum taħt arrest,