Futbol Sport

Rebħiet kbar għal Belġju u Spanja fil-gruppi rispettivi tagħhom

(Ritratt: EPA)

Minn Grupp A, il-Ġermanja kisbu tlett punti faċli, u kruċjali għax huma l-ewwel tlett punti li kisbu meta għelbu lill-Irlanda ta’ Fuq 3-1.

Serge Gnabry jixħet ġewwa wara 7 minuti minn assist tal-akkwist il-ġdid ta’ Tottenham Hotspur Nick Noltemade. Isaac Price jilivella l-iskor fl-34 minuta.

Nadiem Amiri u Florian Wirtz jiskorjaw fit-tieni taqsima biex jagħtu r-rebħa lill-Ġermanja.

Mill-istess grupp, Slovakkja kisbu t-tieni rebħa f’dan il-grupp minn żewġ partiti hekk kif għelbu lil Lussemburgu 1-0 permezz ta’ gowl ta’ Tomas Rigo lejn it-tmiem.

Georgia ma sabu l-ebda diffikultà jegħlbu lil Bulgarija, bl-iskor finali jkun 3-0. Gowls minn Khvicha Kvaratskheila u Nika Gagnidze fl-ewwel taqsima, segwit minn l-aħħar gowl tal-attakkant Georges Mikautadze fit-tieni taqsima.

Mill-istess grupp B, it-Turkija ġew umiljati f’darhom kontra Spanja hekk kif iċ-champions tal-UEFA EURO 2024 rebħu 6-0.

Il-midfielder ta’ Barcelona Pedri kellu partita stupenda, fejn skorja żewġ gowls u pprovda assist. Gowls jaslu fis-6 minuta minn Pedri, assist ta’ Williams, Merino assist ta’ Oyarzabal fit-22 minuta u Merino għal darb’oħra din id-darba jipprovdi l-assist Pedri.

Fit-tieni taqsima gowls minn Ferran Torres, Mikel Merino jiskorja t-tielet gowl u jagħmel hattrick personali, u Pedri jżid mal-iskor bid-dopjetta. Assists ta’ Lamine Yamal għall-ewwel tnejn u ta’ Oyarzabal għall-aħħar wieħed.

L-Olanda bagħtew ħafna biex għelbu lil Litwanja, l-istess Litwanja li Malta temmiet f’żewġ draws kontrihom. L-iskor finali kien 3-2 għall-Olandiżi.

Memphis Depay sar l-aqwa skorer tal-istorja tal-Olanda permezz tad-dopjetta li skorja f’din il-partit , bit-tieni gowl personali tiegħu jkun it-tielet gowl li jwassal għar-rebħa.

Depay jiftaħ l-iskor wara 11-il minuta, sussegwentament il-Litwanja jaħsdu lill-avversarji u jirrispodnu b’żewġ gowls fis-36 minuta u fit-43 minuta minn Gvidas Gineitis u Edvinas Girdvainis.

Fl-64 minuta jasal il-gowl ta’ Depay.

Minn Grupp G, il-grupp ta’ Malta, apparti Litwanja kontra Olanda ntlagħbet ukoll Polonja kontra Finlandja, bl-iskor finali jkun 3-1.

Polonja jiskorjaw permezz ta’ Matty Cash u Robert Lewandowski fl-ewwel taqsima, segwit minn Jakub Kaminski fit-tieni taqsima. Benjamin Kallman jiskorja fit-88 minuta.

Minn Grupp J, żewġ rebħiet kbar għall-Maċedonja ta’ Fuq u għal Belġju

Il-Maċedonja ta’ Fuq għelbu lil Liechtenstein 5-0. Gowls ta’ Buchel (auto-gowl), Bardhi, Churlinov, Kjamilli u Stankovski.

Belġju jirbħu 6-0 mal Kazakhstan. Żewġ gowls ta’ Kevin De Bruyne, Żewġ gowls ta’ Jeremy Doku u gowls minn Nicolas Raskin u Thomas Meunier.