Raġel ta’ 62 residenti Santa Luċija, weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur Hyosung XRX ma’ Citroen DS3 misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti ż-Żurrieq. Il-Pulizija ġiet infurmata u marret minnufih fuq il-post.
L-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar, fi Triq l-Ewwel Titjira, Ħal Luqa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin
Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara ħabta ma’ karozza
