Lokali

Żgħażugħ bi ġrieħi serji wara li kien involut f’argument ma’ Portugiż u Ingliż


Raġel ta’20 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-3:45hrs, il-Pulizija ġiet infurmata li hemm argument fuq barra ta’ stabbiliment fil-limiti ta’ Ta’ Qali.


Il-Pulizija marret fil-post fejn sabu Ingliż ta’ 20 sena qiegħed jiġi mdewwi minn tim mediku li kien fil-post. Il-Pulizija sabet membri tas-sigurtà tal-istess stabbiliment li kienu ħarġu jintervjenu qegħdin iżommu raġel li allegatament kien involut fl-argument, waqt li l-Pulizija kienu indikati li hemm raġel ieħor involut u ġie arrestat.


Ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 20 sena l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard, huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.


Iż-żewġt irġiel l-oħra, Portugiż ta’ 22 sena kif ukoll Ingliż ieħor ta’ 21 sena qed jinżammu taħt
arrest.


Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Philip Galea Farrugia li ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.