Carlos Alcaraz huwa ċ-champion tal-Open tal-Istati Uniti għat-tieni darba fil-karriera tiegħu wara li fil-finali għeleb lit-Taljan Jannik Sinner 6-2 3-6 6-1 6-4.
Il-finali li saret f’Arthur Ashe Stadium, bdiet nofs siegħa tard minħabba miżuri ta’ sigurta li kellhom jittieħdu kważa tal-preżenza tal-President Amerikan Donald J.Trump.
Din kienet ukoll it-tielet finali li kienet ikkontesta minn Alcaraz u Sinner, minn erba’ Grand Slams li saru matul l-2025, fejn fir-Roland Garros fi Franza kien Alcaraz li ħareġ rebbieħ filwaqt li f’Wimbledon kien Sinner li rebaħ dan l-unur.
B’din ir-rebħa, Alcaraz issa rebaħ sitt titli ta’ Grand Slam fl-eta’ ta’ 22 sena, fejn sar it-tieni l-iżgħar tennista li laħaq dan it-tragward wara l-leġġenda Bjorn Borg.
Ir-rebħ ta’ dan l-unur ifisser ukoll li l-erba’ Grand Slams tal-2025 inqassmu bejn dawn iż-żewġ tennisti, b’Sinner jirbaħ ukoll il-Grand Slam tal-Awstralja.
Wara dan it-trijumf, Alcaraz issa se jagħlaq is-sena bħala r-rank numru wieħed għall-2025, wara li Sinner okkupa dan ir-ranking għall-65 ġimgħa konsekuttiva.
//= $special ?>