Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg huwa theddida għall-Partit Laburista.
Dan saħqu Andrew Azzopardi f’kitba fuq il-midja soċjali hekk kif insista li l-età, il-preżenza u l-enerġija ta’ Alex Borg se jkunu fattur importanti.
Azzopardi saħaq li filwaqt li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista diġà għamel il-pożizzjoni tiegħu ċara li huwa kontra l-ewtanasja u l-abort xorta waħda jibqa’ miftuħ li jisma’ pożizzjonijiet oħrajn.
Dan filwaqt li għaraf li l-forza ta’ Alex Borg huwa l-fatt li qed jisħaq li se jkun preżenti u jdur man-nies.
Azzopardi spjega li meta jaraw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista flimkien mal-partner tiegħu Sarah Bajada, iż-żgħażagħ diġà qiegħed jiġbidhom lejh – anke jekk il-politika hija waħda sekondarja f’ħajjithom.
Huwa sostna li Borg qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista jkollu perċezzjoni li jinħass papabbli u diġà beda jiġbed lura l-freskezza fi ħdan il-partit.
Dan filwaqt li għamilha ċara li l-Partit Laburista mir-reazzjoni inizjali tiegħu jidher li jinsabu ferm inkwetati.
Fl-ewwel kummenti tiegħu Alex Borg saħaq li ma jixtieqx li f’pajjiżna jkollna politika ta’ mibgħeda, ta’ ppuntar ta’ swaba u ta’ firda – iżda alleanza bejn il-Maltin u l-Għawdxin, bejn il-ġenerazzjonijiet – sabiex verament mit-tama u l-kliem fieragħ immorru għall-azzjoni, għal ġid tal-familji Maltin u Għawdxin – flimkien.
//= $special ?>