Bħalma hi tradizzjoni ta’ kull sena f’dan il-jum fil-Port il-Kbir, l-attenzjoni fix-xena sportiva llum iddur fuq ir-Regatta. Din ir-regatta hi l-aktar waħda bi storja u ħafna distretti parteċipanti jqisuha bħala l-kulminu ta’ sena ħidma. Id-distretti parteċipanti baqgħu tmienja jiġifieri Birgu, Birżebbuġa, Bormla, Isla, Kalkara, Marsa, Marsamxett u Siġġiewi.
Kif seħħ fl-aħħar snin, id-dwell għar-rebħ tax-Shield mistenni jkun bejn it-tlett ibliet tal-Kottonera, jiġifieri Bormla, Birgu u l-Isla. Sena ilu, il-Birgu rnexxielhom jirbħu x-shield f’Settembru ta’ Jum il-Vitorja għall-ewwel darba f’40 sena wara dwell mal-Isla, bid-distrett ta’ Bormla kkuntenta bir-rebħ tax-shield f’Kategorija B.
Il-Ġirbin rebħu wkoll ir-regatta ta’ Marzu li għadda. Il-Bormliżi għandhom l-għan ewlieni li jilħqu r-rekord ta’ 23 rebħa li bħalissa jinsab għand l-Isla, bis-Sengleani jittamaw li jżommu r-rekord. Wieħed irid jara wkoll x’se jkun l-irwol tad-distretti l-oħra li normalment fi tlielaq partikolari kapaċi jirbħu xi palju u b’hekk itellfu l-punti lill-akbar sfidanti. Normalment dawn id-distretti meqjusa żgħar, ikunu aktar armati f’Kategorija B li fl-aħħar snin dejjem kienet missielta.
Fit-tellieqa tan-nisa, il-koppja Shazel Grima u Glynis Mizzi jimmiraw li jtawlu s-sensiela ta’ rebħiet konsekuttivi wara li f’Marzu li għadda bidlu l-klabb u ngħaqdu ma’ Marsamxett din is-sena. L-ewwel tellieqa tkun proprju dik tan-nisa li tibda fis-1.00pm. Imbagħad isegwu ħames tlielaq kull wieħed fil-Kategorija B u l-Kategorija Open li jalternaw ma’ xulxin.
Il-lista tal-qaddiefa fit-tlielaq kollha
Tellieqa tan-nisa – Frejgatini
Birgu – Jade Cachia, Faith Scerri (coxwain – Ellah Azzopardi)
Birżebbuġa – Vanessa Brignone, Graziella Camilleri (coxwain – Lukas Azzopardi)
Bormla – Kiahna Camilleri, Zanishia Pace (coxwain – Rileyah Pace)
Senglea – Brooke Stivala, Kenzie Abela (coxwain – Blair Rose Piscopo)
Kalkara – Martina Marie Camilleri, Narkesha Mizzi (coxwain – Zaleshia Borg)
Marsa – Chazelle Hammett, Aaliyah Bonello (coxwain – Deznick Abela Wilson)
Marsamxett – Shazel Grima, Glynis Mizzi (coxwain – Dale Scicluna)
Siġġiewi – Linda Renda, Irene Busuttil (coxwain – Lawrence Ciantar)
L-ewwel tellieqa – Tal-Pass b’żewġ imqadef – Kategorija B
Birgu – Gerald Micallef, Jean Pierre Debono
Birżebbuġa – Juan Farrugia, Kevin Camilleri
Bormla – Nicholas Paris, Denzel Thornton
Senglea – Clayton Azzopardi, Luke Ciantar
Kalkara – Yosef Calamatta, Neil Aquilina
Marsa – Kane Grima, Ainsley Bonello
Marsamxett – Dylan Portelli, Loran Zarb
Siġġiewi – Mark Schembri, Kevin Attard
It-tieni tellieqa – Tal-Midalji – Kategorija A
Birgu – Kieran Zammit, Antoine Brignone, Clayton Darmanin, Sven Refalo
Birżebbuġa – /
Bormla – Maximilian Mamo, Clive Casha, Clyde Debattista, Romario Brignone
Senglea – Davison Micallef, Glenn Zammit, Adrian Schembri, Andre Gauci
Kalkara – /
Marsa – Rhys Fiteni, Redeemer Zammit, Kurt Azzopardi, Ericsen Lia
Marsamxett – /
Siġġiewi – /
It-tielet tellieqa – Kajjikki – Kategorija B
Birgu – Lawson Cassar, Sven Gatt
Birżebbuġa – Jean Claude Cassar, Joseph Pace
Bormla – Zeydin Refalo, Osion McKinley
Senglea – Yarik Agius, Denilson Long
Kalkara – Kohath Mallia, Dorian Cilia
Marsa – /
Marsamxett – Nayden Casha, Shylon Gauci
Siġġiewi – Joseph Grima, Josef Dalli
Ir-raba’ tellieqa – Frejgatini – Kategorija A
Birgu – Owden Caruana Smith, Kieran Zammit (coxwain – Tyaami Reign Zammit)
Birżebbuġa – /
Bormla – Matthia Calleja, Mel Magro (coxwain – Thias Bugeja)
Senglea – Clyde Mizzi, Davison Micallef (coxwain – Melvana Micallef)
Kalkara – /
Marsa – Rhys Fiteni, Ian Attard
Marsamxett – /
Siġġiewi – Lawrence Ciantar, Irene Busuttil (coxwain – Frankie Fenech Viacava)
Il-ħames tellieqa – Tal-Midalji – Kategorija B
Birgu – Dion Caruana, Gerald Micallef, Jean Pierre Debono, Jayden Fisher
Birżebbuġa – Matthew Dalli, Steven Dalli, Kevin Camilleri, Malcolm Vella
Bormla – Mattia Calleja, Mel Magro, Damien Attard, Denzel Thornton
Senglea – Glenn Brincat, Kensley Ciantar, Carlos Abela, Janniel Camilleri
Kalkara – Edilson Aquilina, Kaydon Aquilina, Neil Aquilina, Larson Abela
Marsa – /
Marsamxett – Nayden Casha, Axel Degiorgio, Shylon Gauci, Leon Vella
Siġġiewi – Gino Viacava, Marlon Cutajar, Kurt Cassar, Josef Dalli
Is-sitt tellieqa – Dgħajjes tal-Pass – Kategorija A
Birgu – Clyde Cutajar, Clayton Darmanin
Birżebbuġa – /
Bormla – Clive Casha, Dennis Thornton
Senglea – Charvon Gatt, Matthew Micallef
Kalkara – Gilmore Buttigieg, Godwin Buttigieg
Marsa – Martin John Mifsud, Peter Caruana
Marsamxett – /
Siġġiewi – Joseph Grima, Kevin Attard
Is-seba’ tellieqa – Frejgatini – Kategorija B
Birgu – Lawson Cassar, Dion Caruana (coxwain – Ellah Azzopardi)
Birżebbuġa – Matthew Dalli, Steven Dalli (coxwain – Lukas Azzopardi)
Bormla – Shaun Farrugia, Nicholas Paris (coxwain – Kian Caruana)
Senglea – Brolin Genovese, Yarik Agius (coxwain – Kashia Abela)
Kalkara – Denzil Mifsud, Shyam Tabone, (coxwain – Nelyana Mifsud)
Marsa – Kerstin Brown, Ian Carabott (coxwain – Ella Grech)
Marsamxett – Dusty Cassar, Ryan Degiorgio (coxwain – Zayli Abela)
Siġġiewi – Gino Viacava, Marlon Cutajar (coxwain – Frankie Fenech Viacava)
It-tmien tellieqa – Kajjikki – Kategorija A
Birgu – Kieron Zammit, Sven Refalo
Birżebbuġa – /
Bormla – Maximilian Mamo, Romario Brignone
Senglea – Davison Micallef, Denilson Long
Kalkara – Christian Bugeja, Kurt Vassallo
Marsa – Deacon Abela Wilson, Ericsen Lia
Marsamxett – Deacon Abela Wilson, Shylon Gauci
Siġġiewi – Lawrence Ciantar, Linda Renda
Id-disa’ tellieqa – Tal-Pass b’erba’ mqadef – Kategorija B
Birgu – Yan Parsascandalo, Adonai Gatt, Kurt Ellul, Jonathan Piscopo
Birżebbuġa – Larry Lagana, Jean Claude Cassar, Kevin Camilleri, Malcolm Vella
Bormla – Mattia Calleja, Nicholas Paris, Damien Attard, Denzel Thornton
Senglea – Brolin Genovese, Clayton Azzopardi, Luke Ciantar, Stoyan Sciberras
Kalkara – Kohath Mallia, Yosef Calamatta, Neil Aquilina, Kieran Bonnici
Marsa – Coulton Buhagiar, Ainsley Bonello, Kane Grima, Lincoln Falzon
Marsamxett – Tiesto Caruana, Ryan Zammit, Wayne Cassar, Leon Vella
Siġġiewi – Ivan Cassar, Mark Schembri, Kevin Attard, Kurt Cassar
L-għaxar tellieqa – Tal-Pass b’erba’ mqadef – Kategorija A
Birgu – Antoine Brignone, Clyde Cutajar, Clayton Darmanin, Sven Refalo
Birżebbuġa – /
Bormla – Mel Magro, Clive Casha, Clyde Debattista, Jurgen Camilleri
Senglea – Cayvon Gatt, Charvon Gatt, Matthew Micallef, Andre Gauci
Kalkara – /
Marsa – Rhys Fiteni, Redeemer Zammit, Kurt Azzopardi, Ericsen Lia
Marsamxett – /
Siġġiewi – Kurt Farrugia, Joseph Grima, Lawrence Ciantar, Irene Busuttil
//= $special ?>