Il-fundatur u l-kantant tal-grupp mużikali tar-Rock Supertramp, Rick Davies, li kiteb u kanta xi wħud mill-kanzunetti famużi tal-grupp, miet fl-età ta’ 81 sena.
Il-kantant u l-keyboardist Ingliż miet is-Sibt li għadda, 10 snin wara li t-tobba kkonfermaw li kellu multiple myeloma, tip ta’ kanċer fid-demm.
Imwieled f’Swindon, Wiltshire, fl-1944, Davies beda f’serje ta’ bands inkluż The Joint. Dawn ma rnexxilhomx jiksbu suċċess kbir, iżda rnexxielhom iġibu l-appoġġ tal-miljunarju Olandiż Stanley August Miesegaes, li offra li jiffinanzja lil Davies jekk jibda grupp ġdid.
Għalhekk Davies poġġa avviż għal membri ġodda tal-band fil-magazine Melody Maker fl-1969, u minn hemm twieldu Supertramp, grazzi għall-finanzjament ta’ Miesegaes fl-ewwel ftit snin tagħhom.
Il-band mbad kisbet is-suċċess fil-klassifiki bit-tielet album tagħhom, Crime of the Century, fl-1974.
Huma rnexxielhom jikbru sew fl-Istati Uniti ħames snin wara bl-album Breakfast In America, li kien jinkludi s-singles popolari The Logical Song u t-track titulari, kif ukoll Goodbye Stranger.
Aktar minn 30 miljun kopja nxtraw madwar id-dinja ta’ Breakfast In America, u ġie nominat għal żewġ Grammy Awards fl-1980, inkluż album tas-sena.
Davies kompla jirrekordja u jdoqq fit-tours ma’ Supertramp, iżda meta huma ħabbru reunion tour fl-2015, din ġiet ikkanċellata minħabba Davies sar jaf li kellu l-kanċer.
//= $special ?>