Lokali

Imut l-Indoneżjan li waqa’ waqt li kien fuq bastiment fil-Marsa

It-Tnejn filgħodu tilef ħajtu ir-raġel ta’ 41 sena mill-Indoneżja li fis-6 ta’ Settembru għall-ħabta tal-10:15am, kien waqa’ madwar sular f’bokkaport, fuq l-istess bastiment li hu kien qiegħed fuqu.

Dan l-inċident seħħ f’Xatt il-Mollijiet, fil-Marsa.

L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.