Matul il-lejl tal-Ħadd ġiet organizzata edizzjoni oħra tal-MTV Video Music Awards, li fiha r-rebbieħa jingħataw it-trofew tal-Moonman.
Fost ir-rebbieħa għal din l-edizzjoni kien hemm Mariah Carey, li rebħet l-ewwel VMA tagħha – il-Michael Jackson Video Vanguard Award, l-iktar VMA prestiġġjuż li artist jista’ jirċievi.
Lady Gaga minn naħa tagħha rebħet l-iżjed VMA’s f’’din l-edizzjoni, b’total ta’ erba rebħiet mit-12-il nominazzjoni li rċeviet.
Fost ir-rebħiet oħrajn li kien hemm waqt il-VMA’s, kien hemm Blackpink rebħu l-award għall-aqwa grupp, Tate McRae rebħet l-award għall-aqwa editing għall-music video għad-diska Just Keep Watching, u Alex Warren rebaħ l-award għall-aqwa artist ġdid.
//= $special ?>