Futbol Lokali Sport

Memphis Depay isir l-aqwa skorer ta’ kull żmien għall-Olanda

Memphis Depay sar l-aqwa skorer ta’ kull żmien għat-tim nazzjonali Olandiż biż-żewġ gowls tiegħu fil-partita ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2026 kontra l-Litwanja.

Il-plejer ta’ 31 sena li jilgħab ma’ Corinthians fetaħ l-iskor meta kkonkluda ġewwa fuq cross ta’ Cody Gakpo għall-51 gowl internazzjonali tiegħu.

Minuti wara hu skurja il-gowl li kellu jkun tar-rebħa meta minn cross ta’ Denzel Dumfries xeħet fix-xibka b’daqqa ta’ ras għat-52 gowl f’104 preżenzi.

L-eks attakkant Robin van Persie kien iżomm ir-rekord tal-aktar gowls fejn skorja 50 gowl f’102 partiti bejn l-2005 u l-2017. Depay lagħab għal PSV, Manchester United, Lyon, Barcelona, u Atletico Madrid, qabel it-trasferiment tiegħu fil-Brażil l-istaġun li għadda.

Hu ddebutta mat-tim nazzjonali tal-Olanda fl-2013 kontra t-Turikja u skorja l-ewwel gowl tiegħu fit-Tazza tad-Dinja tal-2014 fil-Brażil, kontra l-Awstralja.