Is-Sibt filgħaxija, l-atleta Neil Agius temm b’suċċess l-isfIda Gozo 7, li fiha dar Għawdex seba’ darbiet bl-għawm.
Id-distanza madwar Għawdex hi ta’ 42km. U b’hekk f’ġimgħa, Agius irnexxielu jgħum 294km.
Hu beda l-vjaġġ tiegħu f’post differenti kull filgħodu, filwaqt li hu temm l-għawma fl-Otters Club fil-bajja ta’ Marsalforn. Hemmhekk, hu qal li din kienet esperjenza inkredibbli, u li ħassu iżjed maqgħud mal-baħar, filwaqt li sostna li Għawdex hu post speċjali.
Hu rrigrazzja lit-tim tiegħu talli għenuh f’din l-isfida, li għaliha kellu sett ta’ regoli stretti ma xiex jimxi, fosthom li ma seta’ jistrieħ fl-ebda punt li kien fil-baħar… anqas biex jiekol.
Is-sena l-oħra, Agius għamel għawma ta’ 140km bla waqfien madwar Malta, Għawdex u Kemmuna, u lesta din l-isfida f’ 52 siegħa.
//= $special ?>