It-Tnejn għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ser tressaq diversi persuni l-Qorti, quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech .
Żewġ persuni ser jitressqu b’rabta ma’ argument li ħalla persuna fil-periklu tal-mewt, filwaqt li oħrajn ser jitressqu b’akkużi relatati ma’ ħsara volontarja, sewqan taħt l-effett ta’ l-alkoħol, vjolenza domestika, kif ukoll pussess u traffikar tad-droga, fost oħrajn.
//= $special ?>