Futbol Sport

Rebħa kumbattuta għall-Italja kontra l-Iżrael… Kosovo jaħsdu lill-Iżvzeja

F’Ngyerdei Stadion fl-Ungerija l-Italja għelbu lil Iżrael bl-iskor ta’ 5-4 f’partita kombattuta għall0aħħar b’xejn inqas minn disa’ gowls. L-Italja marru minn taħt wara kwarta logħob b’awto gowl ta’ Manuel Locatelli, b’Moise Kean jikseb id-draw fl-40 minuta. Iżrael mill-ġdid fil-vantaġġ fit-52 minuta b’gowl ta’ Dor Peretz, b’Moise Kean għal darba oħra jikseb id-draw żewġ minuti wara.

L-italja fetħu vantaġġ doppju b’gowls ta’ Matteo Politano u Giacomo Raspadori biex għamluhom 4-2. Minkejja dan żewġ gowls fi tliet minuti, fis-87 minuta minn awto-gowl ieħor ta’ Alessandro Bastoni u fid-90 minuta permezz ta’ Dor Peretz, Iżrael għamlu l-iskor 4-4. Biex hekk il-partita dehret li se tintemm fi draw kien il-midfielder ta’ Newcastle Sandro Tonali li skorja il-gowl deċiżiv u dak tal-5-4.

F’partita minn Grupp B, umiljazzjoni għall-aħħar għall-Iżvezja u riżultat storiku għall-Kosovo hekk kif għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls għal Kosovo waslu permezz ta’ Elvis Rexhbecaj u Vedat Muriqi, bl-Iżvezja ma jirnexxielhomx iwettqu l-ebda reazzjoni.

Ritratt: EPA

Riżultati
Kosovo v Żvezja 2-0, Żvizzera v Slovenja 3-0, Belarus v Skozja 0-2, Greċja v Danimarka 0-3, Iżrael v Italja 4-5, Kroazja v Montenegro 4-0, Gibilta’ v Gżejjer Faroe 0-1