Lokali

1,500 sottomissjoni biex tinbidel il-liġi tal-ippjanar li ried jimbotta Robert Abela

Daħlu aktar minn 1,500 sottomissjoni mill-pubbliku u għaqdiet varji rigward il-liġi kontroversjali tal-ippjanar.

Il-Gvern qal li issa dwar is-sottomissjonijiet se jmorru għand il-Kumitat tal-Kabinett li huwa mmexxi mill-Kap tas-Segretarjat fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Kurunell Mark Mallia.

Dan il-kumitat – li kien kritikat minn nies bħal Edward Zammit Lewis u Katya Degiovanni – hu kompost mid-Deputat Prim Ministru Ian Borg, il-Ministri Owen Bonnici, Clint Camilleri, Miriam Dalli u Jonathan Attard, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana u s-Segretarju tal-Kabinett Ryan Spagnol. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg huwa osservatur.