Wara ġurnata ta’ mistrieħ tkompla t-Tour ta’ Spanja La Vuelta bis-16 il-prova fuq distanza ta’ 167.9 kilometri fir-rotta bejn Poio sa Mos Castro De Herville. Suċċess għal Kolombjan Egan Bernal għal Ineos Grandiers li rebaħ bi sprint fuq Mikel Landa ta’ Spanja għal Soudal Quickstep.
It-tnejn temmew si 3 sigħat 35 minuti u 10 sekondi b’distakk vantaġġ ta’ 7 sekondi fuq il-Franċiż Brieuc Rolland ta’ Groupama. Wara 16 il-prova, fil-klassifika ġenerali wara li saru 2558 kilometru fl-ewwel post saħħaħ postu Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Visma Lease a Bike b’61 siegħa 16 il-minuta u 35 sekonda b’distakk ta’ 48 sekonda mill-Portugiż Joao Almeida għal UAE Team Emirates.
Fit-tielet post jinsab il-Britanniku Tom Pidcock għal Q 36.5 Pro Cycling Team b’distakk ta’ 2 minuti u 38 sekonda. La Vuelta titkompla bis-17 il-prova minn O Barco de Valdeorras sa Alto de el Morredero fuq distanza ta’ 143.2 kilometri.
//= $special ?>