Internazzjonali

Iż-żewġ partiti ewlenin kontra l-proposta tal-budget Ewropew kif ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea

Iż-żewġ partiti ewlenin fil-Parlament Ewropew; il-Partit Popolari Ewropew u s-Soċjalisti Demokratiċi huma kontra l-proposta tal-budget Ewropew kif ippreżentata mill-Kummissjoni Ewropea mmexxija mil-President Ursula Von Der Leyen.

Il-budget li kien ippreżentat, kien l-akbar budget ippreżentat fl-istorja u li jammonta għal madwar 2 triljun ewro. Dan il-budget ġie ppreżentat għas-seba’ snin li ġejjin.

Il-budget li kien ippreżentat, kien l-akbar budget ippreżentat fl-istorja u li jammonta għal madwar 2 triljun ewro. Dan il-budget ġie ppreżentat għas-seba’ snin li ġejjin.

Minkejja dan, iż-żewġ partiti ewlenin, l-EPP u anke l-S&D huma kontra l-proposta li ġiet ippreżentata.

Il-Viċi President tal-Partit Popolari Ewropew, Siegfried Muresan iddeskriva dan il-budget bħala wieħed mhux trasparenti u wisq anqas Ewropew. Hekk kif spjega, li l-Partit tal-EPP, li huwa l-akbar partit fil-Parlament Ewropew huwa “one-size fits all”.

Dan kollu bir-rizultat li l-budget ippreżentat minn Von Der Leyen fil-bidu ta’ dan is-sajf, issa qed jitqies bħala wieħed li mhux trasparenti.

Muresan spjega wkoll li dan il-budget qed ikun ippreżentat abbażi tal-prezzijiet fis-snin 2028 sa 2034 – dan meta – skont Muresan, huwa magħruf li l-ewro se tkun tiswa inqas minn kemm kienet tiswa snin ilu. Għalhekk iddikjara din iż-żieda sinifikanti fil-budget bħala waħda “artifiċjali”.

Minn naħa tagħha, Carla Tavares mis-Soċjalisti Demokratiċi spjegat li l-Kummissjoni u anke l-Parlament Ewropew iridu jaħdmu id f’id. Hekk kif iż-żewġ rappreżentanti tal-partiti ewlenin qed itennu li dan il-budget huwa wieħed ‘il bogħod minn dak li stenna l-parlament.

Hija spjegat, li numru ta’ setturi importanti, inkluż is-soċjal u anke l-agrikoltura nxteħtu fl-istess portafoll finanzjarju mill-Kummissjoni, minflok ingħataw l-importanza tagħhom separatament.

Iż-żewġ rappreżentanti, spjegaw li f’dan il-budget, il-Kummissjoni ħalliet parlament dgħajjef u għaldaqstant huma mhux ħa jkunu qed jaċċettaw dan.

L-EPP u anke l-S&D qed iħarsu ‘l quddiem sabiex jiddiskutu dawn id-diffikultajiet, dan biex iċ-ċittadini u l-istati membri Ewropej igawdu minn dawn il-fondi.