Malta ……………………. 3
San Marino ………….. 1
Malta: H.Bonello, K.Shaw, M.Guillaumier, J.Mbong, P.Mbong, I.Chouaref, I.Cardona, E.Pepe, J.Corbolan, Z.Muscat, A.Satariano
San Marino: E.Colombo, S.Giocondi, M.Cevoli, F.Fabbri, A.Tosi, M.Mularoni, L.Capicchioni, S.Zannoni, A.Contadini, N.Nanni, F.Berardi
Referee: A.Chivulete
Fl-istadium Nazzjonali f’Ta Qali rebħa komda għat-tim nazzjonali Malti fuq San Marino f’partita ta’ ħbiberija bl-iskor ta’ 3-1. Wara d-draw ta’ 1-1 kontra l-Litwanja, din ir-rebħa kompliet issaħħaħ il-kredenzjali tat-tim nazzjonali Malti u tal-kowċ Emilio De Leo għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni li ġejjin f’Ottubru.
Bidu mill-aqwa għat-tim Malti meta wara biss 5 minuti kien Irvin Cardona li fit-tieni preżenza tiegħu mat-tim Malti, skorja l-ewwel gowl tiegħu. Sitt minuti Malta tirdoppja meta minn cross mix-xellug kien Zach Muscat li ra x-xutt tiegħu devjat fix-xibka għal 2-0.
It-tielet gowl għal Malta wasal fl-34 minuta meta minn ballun fit-tul kien Paul Mbong li avvanza tajjeb u b’xutt fil-baxx għeleb lil goalkeeper ta’ San Marino għal 3-0. Hekk kif kollox deher li sejjer tajjeb għal Malta, iż-żewġ timijiet sfaw jilgħabu b’għaxar plejers wara incident li nqala’ bejn Irvin Cardona u l-plejer ta’ San Marino Filippo Berardi, biż-żewġ plejers jintwerew il-karti ħomor.

Il-gowl ta’ San Marino wasal lejn tmiem l-ewwel taqsima meta Alex Satariano deher iwaqqa’ lill-plejer ta’ San Marino, fejn mill-ħdax-il metru kien Nicola Nanni li għeleb lil Bonello għal 3-1.
//= $special ?>