Malta ………………… 0
Greċja ……………….. 5
Malta: L.Camilleri, S.Xerri, B.Hili, A.Borg, J.Vassallo, J.Micallef, N.Cross, J.Azzopardi, K.Ewurum, L.Scicluna, J.Pitts
Greċja: N.Botis, A.Koutsogoulas, A.Kalogeropoulos, C.Alexiou, N.Allen, A.Bregou, T.Bakoulas, K.Goumas, A.Papakanellos, G.Koutias, S.Pnevmonidis
Referee : Milos Savovic
Fis-Centenary Stadium telfa kbira għaż-żgħażagħ Maltin kontra l-Greċja bl-iskor ta’ 5-0. Debutt u riżultat negattiv għall-aħħar mit-tim ta’ Taħt il-21 sena immexxi minn Davide Mazzotta fl-ewwel partita minn Grupp F. Partita li Greċja iddettat mill-ewwel minuti b’ azzjonijiet u gowls li ma taw ebda cans lit-tim Malti li jwettaq xi forma ta’ reazzjoni.
Bil-Greċja fuq l-offensiva fl-14 il-minuta marret fil-vantaġġ. Gowl ta’ STAVROS PNEV MONIDIS li minn azzjoni ta’ Noa Tzeims Alen għeleb lil Luca Camilleri. Reazzjoni sterili minn Malta li fit-tieni minuta ta’ ħin miżjud qabel tmiem l-ewwel taqsima l-iskor sar 2 – 0.
Gowl minn GEORGIOS KOUTSIAS. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess l-aktar wara li fl-54 minuta minn azzjoni ta’ Konstantinos Gkoumas kien mill-ġdid GEORGIOS KOUTSIAS li għeleb lil Camilleri għat-3 – 0.
Fit-63 minuta minn pass tas-sostitut Ioannis Theodor soulakis kien għal darb’ oħra STAVROS PNEV MONIDIS li kabbar l-iskor għal 4 – 0. Fid-90 minuta minn azzjoni ta’ Ioannis Bokos kien DIMITRIS RALLIS li għeleb għal darb’ oħra lil Camilleri u għalaq il-partita.
//= $special ?>