Qorti

Żewġ żgħażagħ arrestati wara li nqabdu bid-droga f’Paceville

Isaac Bonnici ta’ 22 sena minn Ħaż-Żebbuġ u Alejandro Pisani ta’ 19-il sena minn Birkirkara, inżammu arrestati wara li allegatament inqbadu bid-droga fi stabbiliment f’Paceville.

Iż-żewġ żgħażagħ kienu akkużati bil-pussess u t-traffikar tad-droga kif ukoll li wettqu dan ir-reat f’distanza ta’ 100 metru minn post fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ.

Fl-awla, il-prosekuzzjoni qalet li flimkien magħhom kien hemm minorenni. Fil-Qorti, il-ġuvintur wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom. Dan filwaqt li d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, kif ukoll divjett fuq isimhom.

Dawn iż-żewġ talbiet ġew miċħuda mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.