Fis-siegħat bikrin tal-Erbgħa filgħodu, l-armata Pollakka sparat fuq drones Russi li kienu illegalment fiż-żona tal-ajru tal-Polonja – liema azzjoni min naħa tar-Russja qed titqies bħala azzjoni ta’ gwerra u agressjoni fuq l-Istat sovran tal-Polonja
Filfatt il-Prim Ministru Donald Tusk bgħat messaġġi ta’ allert lin-Nato dwar drones Russi li kienu qiegħdin fiż-żona tal-ajru tal-Polonja – U immedjatament issokatat operazzjoni militari li rat id-distruzzjoni ta’ dawn id-drones b’mod immedjat.
Il-Gvern Pollakk saħaq li kellu kull dritt u dmir li jispara u essenzjalment iwaqqaf dawn id-drones tal-Kremlin, dan għaliex kienu qiegħdin fiż-żona tal-ajru pollakka minajr l-ebda’ avviż u bi ksur tas-sigurtà nazzjonali. Bil-Gvern jiddeskrivi dan l-att bħala wieħed ta’ agressjoni fuq l-Istat tal-Polonja, u li azzjoni bħal din ser tkompli żżid l-inċertezza fir-reġjun.
Intant l-akwati li l-aktar f’riskju kienu fil-limiti tal-Lvant tal-Polonja, fosthom Podlaskie, li jmiss direttament mal-Ukrajna, kif ukoll Mazowieckie u Lublin.
Din hija wkoll l-ewwel darba li l-armata pollakka pparteċipat f’attakk militari fil-konfront tar-Russja sa mill-bidu tal-invażjoni llegali tar-Russja fuq l-Ukrajna fl-2022.
//= $special ?>