Lokali

Aktar spezzjonijiet b’rabta mal-immigrazzjoni rregolari

Kmieni l-Erbgħa filgħodu, il-Pulizija assistiti mill-uffiċjali tal-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni wettqu spezzjonijiet ta’ rutina f’diversi lokalitajiet madwar Malta, b’rabta mal-immigrazzjoni rregolari, fost oħrajn.

Dawn l-ispezzjonijiet saru f’postijiet pubbliċi fil-Marsa, San Ġiljan, il-Gżira u f’Tas-Sliema, fejn b’kollox ġew arrestati 28 persuna.

13 minn dawn il-persuni nstabu li qed jgħixu Malta illegalment, filwaqt li 15 oħra qed jiġu investigati b’rabta ma’ vagabundaġġ u/jew li ttallbu l-flus.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.