Lokali

Alex Borg jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Kap tal-Oppożizzjoni

Ritratti: Joseph Galea / Martin Agius

Illum, Alex Borg ħa l-ġurament bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Dan wara li s-Sibt kien elett fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.

Il-ġurament ittieħed quddiem il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono fil-Palazz Presidenzjali tal-Belt.

Alex Borg, li għandu 30 sena, kien akkumpanjat għal din iċ-ċerimonja mill-partner tiegħu Sarah Bajada. U issa sar l-ewwel Kap tal-Oppożizzjoni Għawdxi u l-iżgħar Kap fit-tmexxija tal-PN.

Preżenti għall-ġurament fil-Palazz tal-Belt kien hemm ukoll il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione u s-Segretarju Ġenerali Charles Bonello.