Fil-lejl ta’ bejn l-10 u l-11 ta’ Settembru, David Gauci se jkun qed iwettaq sfida personali straordinarja – hekk kif se jkun qed jagħmel 1000km waħdu bir-rota madwar Sqallija f’erbat ijiem biss. Din mhix biss prova tal-limiti fiżiċi u mentali tiegħu iżda huwa vjaġġ mmexxi minn xi ħaġa ferm aktar sinifikanti.
Gauci qal li missieru kien miet bil-kanċer, u li Hospice Malta kienu hemm għalih u għal familja tiegħu. Hu sostna li l-Hospice Malta assiguraw li missieru qatt ma kien waħdu waqt li kien qed ibati, u kienu ta’ għajnuna biex bħala familja jsibu s-saħħa fit-tbatija. U b’hekk, Gauci qal li dan il-vjaġġ hu ddedikat lil Hospice Malta, f’ġieħ missieru, u bl-appoġġ għal dawk li bħalissa għaddejjin mill-istess sfida.
L-għan ta’ Gauci hu li jiġbor fondi permezz ta’ din l-isfida, sabiex Hospice Malta jkunu jistgħu jkomplu xogħolhom biex joffru kumdità, dinjità u kompassjoni fil-bżonn.
Gauci huwa wkoll eks student ta’ Don Bosco, u qed jagħmel din l-isfida f’isem il-Ħbieb ta’ Don Bosco.
David Gauci mhuwiex barrani għaċ-ċikliżmu bi sfida, hekk kif hu għamel 1,000km fi 8 ijiem tal-Camino waħdu; 1,000km bir-rota waħdu madwar Sqallija f’5 ijiem; u 1,100km bir-rota f’6 ijiem mal-NGO Alive.
Iżda din l-isfida hi differenti – hekk kif mhijiex dwar kilometri jew rekords, iżda li tagħti lura, li tbiddel l-uġigħ f’għan personali, u biex jonora l-missieru u lil kull min qed jgħaddi minn waħda mill-aktar sfidi diffiċli fil-ħajja.
David qed jappella lil individwi, negozji u l-komunità biex jappoġġjaw din l-inizjattiva permezz ta’ sponsorjar jew donazzjonijiet. Kull ewro miġbur imur direttament għal Hospice Malta biex ikomplu x-xogħol vitali tagħhom mal-familji Maltin u Għawdxin.
Wieħed jista’ jagħti donazzjoni hawn:
Account Holder: The Maltese National Federation of Past Pupils of Don Bosco
Bank: APS Bank plc
Account Number: 42930510015
IBAN: MT42APSB77013000000042930510015
BIC: APSBMTMT
Bank Address: Tower Road, Sliema
Revolut: 99296552