“Ejjew ninsew l-aħmar u l-blu u nżommu f’qalbna l-bajda u ħamra… kif ħlift jien inbaxxi rasi għas-servizz tal-poplu Malti u Għawdxi”.
Saħaq dan il-Kap tal-PN Alex Borg hekk kif ġie maħtur Kap tal-Oppożizzjoni mill-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono.
Intant il-Kap tal-Oppiżizzjoni Alex Borg fil-kummenti tiegħu wara l-ġurament tal-ħatra saħaq li rridu nimxu ‘l quddiem bħala pajjiż sabiex ninsew il-partiġjaniżmu u nimxu flimkien bħala poplu wieħed. Għaqda ġenerazzjonali li kapaċi twassal għas-suċċess ta’ dan in-nazzjon.
Intant Alex Borg irringrazzja lil familja tiegħu u l-partner Sarah Bajada li dejjem sabhom hemm u saħaq li persważ li flimkien ma’ dawk viċin tiegħu ser ikun hemm jaqdi d-dmir tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni – tarka u leħen tal-poplu fl-ogħla istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.
Min naħa l-oħra, f’messaġġ li waslet l-Eċċellenza tagħha Myriam Spiteri Debono qalet li f’dawn l-aħħar jiem hi ammirat l-istil frisk tal-Kap tal-PN Alex Borg u fi kliemha, diskorsu niżlilha għasel. Dan anke għaliex, skont kif qalet il-President, irridu nimxu ‘l quddiem bħala poplu wieħed li flimkien ikun lest jaffronta l-isfidi li kapaċi naffaċjaw flimkien.
Il-President awgurat ukoll lil Alex Borg għal ħidma kalma u serena. Dan filwaqt li faħret l-impenn żagħżugħ tiegħu, u kif b’din l-enerġija hu kapaċi jasal.

Ritratti: Joseph Galea
//= $special ?>