Il-każ kontra t-turist Ingliż Liam Joseph Stacey li kien akkużat li kkaġuna ġrieħi gravi lil Roderick Sciortino f’lukanda, kompla quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech b’tliet persuni jispiċċaw arrestati fl-Awla tal-Qorti.
Fil-Qorti ukoll, l-espert forensiku Mario Scerri ta x-xhieda tiegħu bili spjega li mill-awtopsja rriżulta li Sciortino, miet ftit jiem wara l-ġlieda, hekk kif hu tilef ħajtu minħabba emorraġija f’moħħu u mhux mill-ġrieħi li seta’ ġarrab fl-inċident.
Hu kompla bili qal li l-vittma kellu pressjoni tad-demm għoli u livelli sinifikanti ta’ alkoħol fis-sistema, fatturi li jistgħu jispegaw din il-fatalità.
Scerri indika li għalkemm Sciortino kellu tbenġila fuq wara ta’ rasu u l-għadma ta’ mnieħru kienet miksura, dawn ma kinux il-kawża tal-mewt.
Barra minn hekk, huwa rrimarka wkoll li Sciortino kien diġà kiser l-istess għadma f’okkażjonijiet oħra fl-aħħar snin, bit-tabib isejjaħ dan l-inċident bħala inċident ħażin fil-mument żbaljat.
Is-seduta fil-Qorti kienet immarkata minn tensjoni kbira, hekk kif il-qraba tal-vittma ġew arrestati wara li nsulentaw lill-Maġistrati, kif ukoll ġibdu filmati illegalment u ppruvaw jersqu lejn l-akkużat.
Intant, missier Sciortino ġie kkundannat iħallas multa ta’ €1,500.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-avukat Brandon Bonnici u Kevin Valletta flimkien mal-Ispettur Bradley Grima, waqt li għall-akkużat deher l-avukat Stefano Filletti.
//= $special ?>