Jinsabu fl-aqwa tagħhom il-preparamenti għat-33 edizzjoni tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza – konkors ta’ livell għoli li jippreżenta t-talent Malti, u li fih il-parteċipanti jkantaw kanzunetti oriġinali bil-Malti miktuba minn kompożituri u awturi lokali.
Dan il-konkors, organizzat minn Net Media, se jsir nhar is-Sibt, 13 ta’ Settembru, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta.
Eileen Montesin, Christine Haber u Dylon Brignano se jkunu l-preżentaturi tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza ta’ din is-sena.
Net News tkellem ma’ Dylon Brignano, li hu wkoll wieħed mill-organizzaturi ta’ din is-serata, li spjegalna aktar dwar dan il-konkors, li għalih il-preparazzjonijiet għaddejjin ġmielhom.
Il-finali ta’ din is-sena se twassal 20 kanzunetta kollha oriġinali bil-Malti, li se jikkompetu għall-ewwel post kif ukoll għal bosta premjijiet oħra, u l-avveniment jixxandar ukoll b’mod dirett fuq Net Television.
Wieħed għadu jista’ jakkwista l-biljetti għal din is-serata minn fuq showshappening.com.
//= $special ?>