Jum storiku għall-politika Maltija hekk kif għall-ħin tal-erbgħa ta’ waranofsinhar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg mistenni jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala l-ħmistax-il Kap tal-Oppożizzjoni fl-istorja ta’ pajjiżna.
Alex Borg se jkun l-ewwel Kap tal-Oppożizzjoni mwieled Għawdex kif ukoll l-aktar wieħed żagħżugħ. Dan hekk kif fl-età ta’ 30 sena huwa se jkun qiegħed jokkupa din il-kariga.
Sa issa l-iżgħar Kapijiet tal-Oppożizzjoni kienu l-eks Mexxej tal-Malta Labour Party Duminku Mintoff u l-eks Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat fl-età ta’ 34 sena rispettivament.
Alex Borg huwa d-disa’ Kap tal-Partit Nazzjonalista li se jkun qiegħed jieħu l-ġurament bħala Kap tal-Oppożizzjoni.
Tul din iċ-ċerimonja, Net Television mistenni jxandar programm speċjali b’xandira diretta mill-Palazz tal-Granmastru fil-Belt Valletta flimkien ukoll ma mistiedna speċjali mill-istudios ta’ Net fejn aktar tard mistenni jingħaqad ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg.
//= $special ?>