Internazzjonali

Jingħata bidu għad-diskors li se jwassal il-pjan tal-Kummissjoni Ewropea għas-sena li ġejja

Ingħata bidu għad-diskors tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen.

Id-diskors mistenni jinkludi temi bħal ekonomija ewropea, it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, l-Ukrajna u r-reżistenza diġitali fost l-oħrajn.

Von Der Leyen se tkun qed tindirizza l-MEPs kollha, mis-27 stat membru, u se tkun qed tħejji l-pjan tal-Kummissjoni għas-sena li ġejja. Dan filwaqt li se jkollha ċ-ċans anke tispjega t-tragwardi li laħqet fis-sena li għaddiet.

Il-Kummissjoni l-ġdida ġiet ikkonfermata f’Diċembru tal-2024.

Is-sessjoni plenarja, ingħata bidu mill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, li spjegat li l-parlament huwa ħerqan sabiex jisma’ kif l-Unjoni Ewropea tista’ tkun aktar b’saħħitha.

Fid-diskors tagħha, Von der Leyen tkellmet dwar il-kompettitività, l-importanza tal-media ħielsa, l-isfida tal-media soċjali, il-jobs għall-Ewropej, l-għoli tal-ħajja, u s-sagrifiċji li qed jaffaċjaw il-familji. U għalhekk jeħtieġ Ewropa aktar ambizjuża sabiex tiġġieled il-faqar – partikolarment fost it-tfal.

Fuq kollox, irreferiet għall-piżijiet li qed jaffaċjaw koppji żgħażagħ biex jixtru proprjetà, u kif dawn is-sitwazzjonijiet joħolqu ansjetà. Bil-President tal-Kummissjoni tgħid li se tippreżenta Pjan għal Housing Affordabbli – mossa radikali li se tindirizza anke l-kirjiet.