Sport Sport Ieħor

Mark Herrera u Josanne Attard Pulis rebbieħa tal-Hudson Race Series Powered by Nike

Mark Herrera
Mark Herrera

Mark Herrera u Josanne Attard Pulis rebħu t-tellieqa tal-Hudson Race Series Powered by Nike li saret f’Burmarrad, nhar il-Ħadd filgħodu.

L-avveniment, li jsir fuq ir-rotta ċatta, għal darb’oħra attira numru kbir ta’parteċipanti ta’ diversi livell atletiku.

Herrera kiseb rebħa konvinċenti fit-tiġrija tal-irġiel fuq id-distanza ta’ 10k, meta temm it-tellieqa f’ħin ta’ 33 minuta u 3 sekondi. Warajh daħal Stefan Sultana f’ħin ta’ 35 minuta 37 sekondi, waqt li Jeremy Curmi temm fit-tielet post f’ħin ta’ 37 minuta.

Fit-tiġrija tan-nisa, Attard Pulis ukoll kellha wirja konvinċenti u b’saħħitha. Attard Pulis temmet id-distanza f’ħin ta’ 40 minuta u 50 sekonda. It-tieni post mar għand Donatella Fenech li kisbet hin ta’ 48 minuta u 17-il sekonda, waqt li Anna Haider irnexxilha tikseb post fuq il-podju meta daħlet fit-tielet post.

It-tiġrija tal-5k kienet aktar bilanċjata. Aidan Tanti rebaħ f\ħin ta’ 15-il minuta u 24 sekonda, minkejja l-pressjoni ta’ Clayton Abela li spiċċa fit-tieni post b’ħin ta’ 15-il minuta u 44 sekonda u Brandon Saliba, ikklassifika fit-tielet post b’ħin ta’16-il minuta 04 sekondi.

Fit-tellieqa tan-nisa, Rosalie Borg Cauchi kisbet l-ewwel post b’ħin tajjeb ta’ 18-il minuta u 3 sekondi – hi rreġistrat l-aħjar ħin tagħha.  Warajha, Lisa Bezzina – li għamlet ritorn f’din is-serje – spiċċat b’ħin ta’ 18-il minuta u 32 sekonda, waqt li Marija Cumbo aċċertat mit-tielet post b’ħin ta’ 18-il minuta u 39 sekonda.

Ir-riżultati uffiċjali jinsabu onlajn fuq is-sit elettroniku –  https://my.raceresult.com/359771/results