Ambjent Lokali

Numru ta’ għaqdiet isejħu protesta kontra l-liġi tal-ippjanar

Tkompli tikber is-sejħa biex il-Gvern jirtira l-liġi kontroversjali tal-ippjanar – sejħa li qed issir ukoll mill-PN.

Dan hekk kif is-Sibt 4 ta’ Ottubru se ssir protesta fil-Belt kontra din il-liġi li qed jimbotta Robert Abela.

Il-protesta se tkun organizzata minn BirdLife Malta, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Front Żgħażagħ għall-Ambjent, Għawdix, Moviment Graffitti, Nature Trust – FEE Malta, Ramblers Association u Wirt Għawdex.