Il-prestazzjoni ta’ Malta kontra San Marino kienet waħda mill-aqwa f’dawn l-aħħar xhur. Fis-sitt logħba ta’ Emilio De Leo bħala kowċ nazzjonali, Malta kisbet rebħa ta’ 3-1 kontra tim nazzjonali li bħala stat ta’ fatt għandu ranking tal-FIFA li hu bil-wisq aktar baxx minn tagħna. Preżentament Malta tinsab 42 posizzjoni aktar ‘il fuq minn San Marino, iżda dan ma jnaqqas xejn mil-mertu tal-Maltin li kisbu rebħa konvinċenti fil-ġurnata.
Bl-istess mod, Malta kienet sekondi biss ‘l bogħod milli tikseb rebħa kontra l-Litwanja, f’logħba valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja f’Kaunas, minkejja li l-avversarji tagħna attwalment għandhom ranking aħjar minn tagħna u jinsabu 25 post aktar ‘il fuq minn Malta.
Permezz ta’ din il-grafika li kienet ippublikata mill-paġna ta’ Replay fuq Facebook, wieħed jista’ għamel evalwazzjoni tad-dominanza li kelna l-Maltin fuq San Marino.

Dan id-dominju kien aktar b’saħħtu fl-ewwel taqsima, tant li t-tliet gowls tal-Maltin kienu skorjati fl-ewwel taqsima u l-gowl tal-avversarji wasal minn penalty lejn tmien l-ewwel 45 minuta.
Għalkemm il-perċentwal ta’ pussess mill-Maltin kien ta’ 56%, fl-ewwel taqsima, Malta kellha 61% tal-pussess. Fl-attakk, Malta kienet ferm aktar effettiva mill-avversarji tant li 45 azzjoni fl-attakk, li minnhom ikkonkludejna 16-il xutt lejn il-lasta ta’ San Marino.
L-avversarji tagħna kellhom 26 azzjoni ta’ attakk, u ikkonkludew sitt darbiet lejn il-lasta ta’ Malta, bis-seba’ wieħed kien il-penalty li San Marino rrnexxilhom jiskorjaw biex naqqsu l-iskor għal 3-1.
Interessanti l-fatt li l-aktar plejer Malti li kellu konklużżjonijiet lejn il-lasta ta’ San Marino, kien il-captain Matthew Guillaumier li lagħab il-logħba kollha, u kellu total ta’ erba’ konklużżjonijiet lejn il-lasta avversarja, b’wieħed minnhom biss kien fil-lasta.
L-aktar plejer Malti li kellu xuttijiet fil-lasta kien Paul Mbong, li kellu tliet tentattivi fl-attakk, b’tnejn minnhom kienu fil-lasta.
Ilyas Chouaref kien ukoll effettiv f’din ir-rebħa. Il-plejer ta’ FC Sion kien l-aktar plejer li kellu azzjonijiet ta’ dribbles, total ta’ tnax. Minn dawn il-winger offensiv rebaħ nofshom.
Chouraref kien l-aktar plejer, minn fost il-Maltin kollha li kellu dwelli diretti mal-avversarji; 30 wieħed. Minn dawn hu rebaħ 37%.
L-aktar plejer Malti li kellu l-għola rata ta’ perċentwal ta’ dwelli mirbuħa kien id-difensur ta’ Sliema Wanderers, Jean Borg, li kien involut f’disa’ dwelli u rebaħ tmienja minnhom fid-difiża.
L-istatistika tidħol f’aktar dettall, iżda dak li qed nippreżentaw f’dan l-artiklu hi l-informazzjoni l-aktar relevanti u li ħafna jistgħu jifhmu u japrezzaw aħjar mingħajr ma nidħlu f’wisq dettall, b’informazzjoni li tkun wisq teknika u tattika.
//= $special ?>