Lokali

“Appoġġ totali lil Alex Borg” – Adrian Delia

Id-Deputat Adrian Delia kien mistieden għal intervista ma’ Karl Bonaci, fejn tkellem dwar l-esperjenza tiegħu tul il-kampanja għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, u l-ewwel laqgħa li kellu ma’ Alex Borg bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Hu spjega kif din il-laqgħa tirrifletti l-għaqda li hemm fil-PN – għaqda li lill-Gvern ta’ Robert Abela qed iddejqu.

Adrian Delia qal li se jibqa’ jkun preżenti b’ħidma qawwija fil-Parlament. U qal li jkun xi jkun l-irwol li jagħtih il-Kap il-ġdid Alex Borg, ser jibqa’ jaħdem – għaliex il-Partit jiġi l-ewwel.

Tul din l-intervista, Adrian Delia esprima l-appoġġ sħiħ tiegħu lejn il-Kap il-ġdid tal-PN.

Hu semma’ anke l-entużjażmu kbir li qam fl-aħħar ġimgħat fil-Partit Nazzjonalista. Entużjażmu li qed jinħass fost il-Maltin, u fil-Partit Nazzjonalista stess.

Entużjażmu li, fi kliemu, m’għandniex inħalluh imut.

Adrian Delia stqarr li kemm hu u anke Alex Borg irnexxielhom iwasslu messaġġ pożittiv tul il-kampanja li saret għal Kap tal-partit – kampanja li kompliet saħħet lill-PN.