Futbol Sport

Christian Eriksen jiffirma sal-2027 ma’ Wolfsburg

Christian Eriksen
Christian Eriksen

Il-midfielder internazzjonali Daniż, Christian Eriksen iffirma ma’ Wolfsburg wara li fit-tmiem tal-istaġun li għadda kien telaq lil Manchester United. Il-plejer ta’ 33 sena ffirma kuntratt mal-klabb Ġermaniż sal-2027.

Eriksen lagħab 107 partiti fi tliet staġuni li dam jilgħab mal-klabb minn Old Trafford u skorja tmien gowls. Hu għen ukoll lil Manchester United jirbħu l-Carabao Cup fl-2023 u l-FA Cup fl-2024.

F’kummenti li ta Eriksen malli tħabbar dan it-trasferiment, hu qal li “ninsab ħerqan ħafna għal din l-avventura ġdida. Jien konvint li nistgħu niksbu xi ħaġa flimkien.”  

Qabel ma ffirma ma’ Wolfsburg, u sakemm kien għadu ħieles mingħajr irbit ma’ klabb wara li temm l-esperjenza tiegħu ma’ Manchester United, Eriksen kien qed jitħarreġ mal-klabb Żvediz ta’ Malmo.