Lokali

Ċint perikoluż li baqa’ ma tranġax

Triq Santa Katerina f’ Ħal Għargħur hija frekwentata minn bosta u huwa għalhekk li hemm bżonn li jkun hemm żamma tajba tal-inħawi sabiex jiġu evitati inċidenti.

Intant, f’din l-istess triq, diversi xhur ilu waqa’ ċint, li hemm waqa’ ta’ minn tal-anqas erba’ sulari.

Minkejja diversi rapporti li saru kemm lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għargħur u anke lill-Pulizija, ma seħħet ebda azzjoni.

Apparti li dan iċ-ċint imwaqqa’ jpoġġi taħt riskju lir-residenti ta’ Ħal Għargħur, huwa ta’ riskju wkoll għar-residenti tas-Swieqi hekk kif ħafna nies li joqogħdu s-Swieqi jgħaddu minn triq Santa Katerina.