Sport

Isaħħaħ postu Jonas Vingegaard tad-Danimarka fit-Tour ta’ Spanja

It-Tour ta’ Spanja – La Vuelta tkompla bis-17-il prova li kienet minn O Barco de Valdeorras sa Alto de el Morredero fuq distanza ta’ 143.2 kilometri. 

Suċċess għat-Taljan Giulio Pellizzari ta’ Red Bull Bora Hansgrohe li għamel id-distanza fi 3 sigħat u 37 sekonda li kien 16-il sekonda distakk mill-Britanniku Tom Pidcock għal Q 36.5 Pro Cycling team. Fit-tielet post temm il-Britanniku Jai Hindley għal Red Bull Bora Hansgrohe b’distakk ta’ 18-il sekonda.

Wara 17-il prova, fil-klassifika ġenerali wara li saru 2,701.2 kilometri fl-ewwel post saħħaħ postu Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Visma Lease a Bike b’64 siegħa 53 minuta u 55 sekonda b’distakk ta’ 50 sekonda mill-Portugiż Joao Almeida għal UAE Team Emirates. Fit-tielet post jinsab il-Britanniku Tom Pidcock b’distakk ta’ 2 minuti u 28 sekonda.

It-18-il prova hija l-prova individwali kontra l-ħin li tkun fiċ-ċirkwit ta’ Valladolid fuq distanza ta’ 27.2 kilometri.