Għal ħafna familji, Awwissu fisser vaganzi. Għal uħud kien waqfa mir-rutina. Filwaqt li għal oħrajn, kienet okkażjoni tajba għal vaganza.
B’kollox, skont l-MIA, kien hemm ‘il fuq minn miljun passiġġier li vvjaġġaw minn jew lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fix-xahar ta’ Awwissu, bl-aktar jum impenjattiv ikun dak ta’ lejlet Santa Marija, hekk kif ġew irreġistrati kważi 40,000 moviment tal-passiġġieri.
Mill-2024 ‘l hawn jirriżulta li l-moviment tal-ajurplani żdied b’5.1%, filwaqt li r-rata tal-okkupanza tal-postijiet fuq it-titjiriet kienet ta’ 91.6% – li hija l-ogħla rata ta’ okkupanza li ġiet irreġistrata fl-2025 s’issa.
Is-sena l-oħra l-Ajurport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ 8.96 miljun passiġġier u rreġistra tkabbir ta’ kważi ta’ 15% fuq is-sena ta’ qabel. Dan kien riżultat ta’ skeda li għaqdet lill-Gżejjer Maltin ma’ 109 destinazzjoni.
Il-kumpanija kompliet tinvesti hekk kif inawgurat erba’ spazji ġodda ta’ parkeġġ tal-ajurplani, CT scanners ġodda fis-Security Screeing Area, filwaqt li żdiedu żewġ conveyor belts oħra fis-sala minn fejn il-passiġġiera jiġbru l-bagalji. Investiment min-naħa tal-ajurport sabiex ikompli jtejjeb l-esperjenza tal-passiġġieri.
Jirriżulta li s-suq Taljan kien responsabbli għall-ikbar persentaġġ ta’ passiġġieri li waslu jew telqu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Ir-Renju Unit kien it-tieni l-aktar suq popolari. Waqt li l-aktar ajruporti Taljani l-aktar popolari kienu Fiumicino f’Ruma u Fontanarossa f’Katania, u Gatwick f’Londra.
Interesanti l-fatt li r-rotta għal Gatwick tul l-iskeda tas-sajf qed topera minn erba’ linji tal-ajru.
Il-Ġermanja u Franza ġew fit-tielet u r-raba’ post fil-klassifika tal-iktar ajruporti popolari waqt li s-suq Pollakk jirriżulta li qabeż lil Spanja.
//= $special ?>