Fl-2027, il-belt Spanjola ta’ Madrid se tkun qed tospita l-finali tal-UEFA Champions League tal-Irġiel, filwaqt li dik ta’ Varsavja se tkun qed tilqa’ l-finali tal-istess kompetizzjoni iżda tan-nisa.
L-Istadium Metropolitano ta’ Atletico Madrid, li jesa’ 70,000 spettatur se jkun qed jospita l-finali tal-aktar prestiġjuża fuq livell ta’ klabb, li torganizza l-UEFA kull sena, wara li oriġinarjament din il-finali kienet se tintlagħab f’San Siro ta’ Milan.
L-UEFA ddeċidiet li terġa’ tikkonsidra fejn għandha tkun organizzata din il-finali tal-2027, fost tħassib dwar pjanijiet ta’ rinnovazzjoni f’San Siro – u l-logħba issa se ssir fil-kapitali Spanjola.
L-Istadium ta’ Atletico Madrid ospita l-aħħar finali taċ-Champions League fl-2019, meta Liverpool kienu għelbu lil Tottenham.
Il-finali tan-nisa se ssir fil-kapitali tal-Polonja, fl-Stadion Narodowy ta’ Varsavja.
L-UEFA ħabbret ukoll li l-logħba tas-Super Cup fl-2026 se ssir f’Salzburg, l-Awstrija.
//= $special ?>