Lokali

Pjan ċar għall-Partit Nazzjonalista, il-pajjiż, is-saħħa mentali u ż-żgħażagħ

Iż-żgħażagħ, il-governazna, l-ambjent, il-futur tal-pajjiż u l-isfidi li qed jaffaċċjaw il-familji.

Dawn huma wħud mill-prijoritajiet ta’ Alex Borg bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista fejn qal li l-Partit Nazzjonalista jrid  ikompli jingħaqad permezz ta’ ħidma li digà bdiet.

Waqt intervista minn Matthew Xuereb fuq l-RTK, Alex Borg stqarr li waqt il-laqgħa li kellu ma’ Adrian Delia huma ddiskutew it-triq ‘il quddiem u kif id-Deputat Adrian Delia se jagħti l-kontribut tiegħu lill-Partit Nazzjonalista.

Ritratt: Catriel Farrugia

Alex Borg tenna li Adrian Delia kellu diversi proposti validi ħafna fosthom dwar il-forestazzjonli u dawk tal-AI.

Alex Borg għamel ukoll distinzjoni bejn l-irwol ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista u CEO, dan hekk kif il-Partit Nazzjonalista għandu bżonn business plan.

Dwar iż-żgħażagħ, Alex Borg qal li l-Partit Nazzjonalista għandu bżonn bidla ġenerazzjonali.


Ritratt: Catriel Farrugia

Dwar il-liġijiet tal-Ippjanar Alex Borg qal li hija tal-mistħija kif il-Gvern baqa’ għaddej romblu minn fuq kulħadd.

Dan filwaqt li wera x-xewqa tiegħu li l-progress jimxi id f’id mal-ambjent, hekk kif dan il-Gvern irnexxileu jġellidhom. Dan filwaqt li sostna li zoni li huma ODZ għandhom jibqgħu hekk.

Alex Borg tkellem ukoll dwar il-problema tat-trasport u wera l-viżjoni tiegħu fosthom dwar l-użu ta’ tramm u buses iktar żgħar.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-edukazzjoni għandha terġa’ ssir prijorità tal-pajjiż, dan filwaqt li qasam il-viżjoni tiegħu għas-saħħa mentali u s-solitudni.

Dwar il-ġurnaliżmu Alex Borg qal li dan il-pilastru għandu jkun salvagwardjat u għalhekk ikkundanna l-att li sar barra d-Dar Ċentrali u wiegħed li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, f’każ li jkun hemm xi wħud li jkunu għadhom mhux implimentati.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qali li hu se jkun qed jaċċetta l-istedina tal-Prim Ministru, iżda mhux biss, se jkun qed jistieden lil Robert Abela fid-Dar Ċentrali dan biex jiddiskutu temi li jolqtu lill-poplu Malti u Għawdxi fosthom l-over population u l-over development.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista waqqa’ r-retorika tal-Partit Laburista, u qal li ma għandu l-ebda problema li jippubblika lista tal-laqgħat li jkollu man-negozji. Dan filwaqt li qal li se jgħaddi wkoll ir-rendikont, ta’ kemm swiet il-kampanja eletorali tiegħu.