L-Eks Ministru Chris Cardona kien irriżenja fl-2020 wara li ismu ssema’ fil-Qorti b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Iżda fl-aħħar jiem sar magħruf li hu qed jaħdem bħala konsulent mas-Segretarju Parlamentari Keth Azzopardi Tanti, li qed jgħid li hu ħatar lil Cardona abbażżi tal-abbiltajiet tiegħu fis-settur tal-ekonomija.
Mistoqsi mill-ġurnalisti jekk l-impjieg tiegħu hux relatat mal-possibbiltà li hu se jkun qed jikkandida ruħu fuq it-tmien distrett, Azzopardi Tanti qal li dan mhux il-każ. Però fl-ebda ħin ma ċaħad li se jkun qed jikkontesta fuq dan id-distrett – l-istess wieħed li kien joħroġ fuqu Chris Cardona.
Bis-Segretaru jgħid li hu jagħti ħafna importanza lis-settur tal-inovazzjoni u għalhekk ħatar lil Chris Cardona, biex jgħinu f’dan is-settur.
L-istess bħalma ħatar lill-Eks Ministri Alex Sceberras Trigona u Karmenu Vella.
Bil-kuntratt li ingħata…. Chris Cardona se jkun qed jaħdem minimu ta’ 10 sigħat, u jitħallas €11,000 fis-sena, b’€20,000 oħra expertise allowance, €4,320 fi spejjeż għal karozza, u €1,600 communication allowance.
//= $special ?>