Lokali

Raġel weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur

Raġel ta’ 33 sena weġġa’ gravi wara li kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Wottan Storm, tilef il-kontroll u waqa’.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-07:30 tal-Ħamis filgħodu, fi Triq Dun Karm, l-Imsida. Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.