Il-Pulizija, għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu se tkun qed tressaq il-Qorti numru ta’ persuni b’rabta mal-immigrazzjoni rregolari, fost oħrajn.
Dan wara li l-Erbgħa filgħodu, il-Pulizija flimkien mal-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni wettqu spezzjonijiet ta’ rutina fil-Marsa, San Ġiljan, il-Gżira u f’Tas-Sliema b’rabta ma’ immigrazzjoni rregolari. B’kollox ġew arrestati 28 persuna.
Dawn il-persuni se jkunu qed jitressqu quddiem il-Maġistrat Monica Vella.
//= $special ?>