Is-sewwieqa tal-Hillclimb, Noel Galea, Ivan Paul Deidun u Darren Cammileri ħadu sehem fis-Super Hillclimb Taljana 2025. Dan kien l-aħħar rawnd tas-67 Kampjonat f’ Monte Erice, muntanja fil-punent ta’ Sqallija, fil-provinċja ta’ Trapani, lil hinn minn Palermo.
Is-67 edizzjoni tal-Kampjonat f’Monte Erice, magħrufa għat-terren ta’ sfida u l-għoljiet weqfin tagħha, ilha post sinifikanti fid-dinja tal-motorsport mill-5 ta’ Settembru 1954.
Fost 270 vettura u sewwieqa minn madwar l-Italja kollha, Noel Galea kiseb it-43 post filwaqt li Ivan Paul Deidun it-32 post. It-tielet sewwieq Malti, Darren Camilleri sfortunatament kellu jirtira kmieni fil-kompetizzjoni minħabba problemi tekniċi.
//= $special ?>