Lokali

Amerikan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ sular f’San Ġiljan

llum, għal xi 1am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi stabbiliment fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, f’San Ġiljan.

Il-Pulizija marret minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Amerikan ta’ 40 sena, għal xi raġuni kien waqa’ madwar sular għoli fi stabbiliment.

Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, u ambulanza ħadet il-vittma l-isptar sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Monica Borg Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.