L-Eks President tal-Brażil, Jair Bolsonaro, kien ikkundannat għal 27 sena u tliet xhur ħabs wara li nstab ħati dwar pjan biex iwettaq kolp ta’ stat militari f’pajjiżu.
Il-verdett ingħata minn panel ta’ Imħallfin tal-Qorti Suprema li sdeċidew li Bolsonaro kien il-persuna ewlenija wara kumplott intiż biex hu jibqa’ fil-poter minkejja li kien tilef l-elezzjoni presidenzjali tal-2022 kontra r-rivali tax-xellug, Luiz Inácio Lula da Silva.
Fil-fatt, erba’ mill-ħames imħallfin sabuh ħati waqt li l-imħallef l-ieħor ipprefera li jaħfer l-akkużi miġjuba fil-konfront ta’ Bolsonaro. Sadanittant, l-avukati tal-Eks President estremista tal-lemin sostnew li s-sentenza ta’ Bolsonaro hi ‘eċċessiva u esaġerata’ u li huma kienu diġà qed iħejju l-appelli.
Il-panel tal-Qorti Suprema anki pprojbiet lil Bolsonaro milli jikkuntesta għal kariga pubblika sal-2060 – proprju tmien snin wara li suppost li tiskadilu s-sentenza.
//= $special ?>