Wara s-suċċess kbir tas-sena l-oħra, meta għexieren ta’ drones żejnu s-sema ta’ Ħaż-Żabbar waqt il-marċ tal-Ġimgħa, din is-sena l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar A.D. 1883 se terġa’ toffri spettaklu uniku u innovattiv fil-ftuħ tal-marċ tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja.
Il-Ġimgħa, għall-ħabta tad-9.30pm, numru ta’ drones se jkunu sinkronizzati mal-ħoss tal-banda tradizzjonali, flimkien ma’ nar u effetti ta’ dawl li se jagħtu bidu oriġinali għal waħda mill-aktar iljieli mistennija fil-festa ta’ Ħaż-Żabbar.
Il-preparazzjonijiet qed isiru minn tim ta’ voluntiera li ilhom jaħdmu fuq dan il-proġett għal ġimgħat sħaħ. L-ispettaklu se jinkludi varjetà ta’ disinji u effetti speċjali maħluqa apposta biex jikkumplimentaw l-atmosfera festiva, u jagħtu lill-udjenza esperjenza viżiva u mużikali li tgħaqqad it-teknoloġija mat-tradizzjoni.
Din hija t-tieni sena konsekuttiva li l-Għaqda qed ittella’ spettaklu ta’ drones – l-uniku wieħed tax-xorta tiegħu waqt xi festa f’Malta.
//= $special ?>