Futbol Sport

Floriana u Gżira United itemmu fi draw u jibqgħu mhux megħluba

Floriana …………….. 1

Gżira United ………. 1

Floriana: C.Guilherme, E.Lopez, J.Grech, N.Varela, D.Vella, O.Spiteri, C.M’Mombwa, J.Gamarra, I.Perreira, M.Veselji, M.Linhares

Gżira Utd: K.Sargent, D.Abela, C.Penha, C.Failla, C.Riascos, E.Becerra, M.Van De Bovenkamp, J.Bonilla, W.Bonilha Felix, F.Silva

Referee: I.Barbara

Assistenti Referee: D.Spencer, J.Muscat

Fit-Tony Bezzina Stadium fl-ewwel partita tal-ġimgħa draw ta’ 1-1 bejn Floriana u Gżira United li jfisser li ż-żewġ timijiet jibqgħu mhux megħluba dan l-istaġun fil-YoHealth Malta Premier.

B’bidu movimentat miż-żewġ naħat kienu Gżira United li marru fil-vantaġġ fit-12-il minuta meta minn freekick preċiż kien Maxwell Maia li għeleb lil goalkeeper Guilherme għal 1-0.

Reazzjoni tista’ tgħid immedjata minn Floriana hekk kif fis-17-il minuta huma kisbu d-draw meta Varela għadda tajjeb lejn Areias li sab ruħu wiċċ’imb’wiċċ mal-goalkeeper u ma żbaljax għal 1-1.

Fl-aħħar minuti tal-partiti ċans tad-deheb għal Gżira li jirbħu l-partita meta Virgens waħdu mal-goalkeeper ma rnexxielux jitfa’ fix-xibka, bil-partita tintemm fi draw.

Il-YoHealth Most Valuable Player kien il-plejer ta’ Floriana Rui Manuel Linhares Areias.